1/51
Sett komprensiv ta' flashcards dwar it-termini letterarji u l-metrika fil-poeżija Maltija, inklużi t-tul tal-versi, l-istrofi, ir-rima, u l-figuri tat-tifsira.
Name | Mastery | Learn | Test | Matching | Spaced | Call with Kai |
|---|
No analytics yet
Send a link to your students to track their progress
Vers
Linja fil-poeżija fejn kull waħda jkollha numru ta’ sillabi.
Binarju
Vers b’2 sillabi.
Ternarju
Vers bi 3 sillabi.
Kwaternarju
Vers b’4 sillabi.
Kwinarju
Vers b’5 sillabi.
Senarju
Vers b’6 sillabi.
Settenarju
Vers b’7 sillabi.
Ottonarju
Vers bi 8 sillabi.
Novenarju
Vers b’9 sillabi.
Dekasillabu
Vers b’10 sillabi.
Endekasillabu
Vers bi 11-il sillaba.
Versi Ħielsa
Versi li ma jkollhomx l-istess tul jew numru ta’ sillabi.
Strofa
Grupp ta’ versi li jingħaqdu flimkien.
Distiku
Strofa b’2 versi.
Terzina
Strofa bi 3 versi.
Kwartina
Strofa b’4 versi.
Sestina
Strofa b’6 versi.
Ottava
Strofa bi 8 versi.
Strofi Ħielsa
Meta l-istrofi ma jkunux kollha l-istess għax ma jkollhomx l-istess ammont ta’ versi.
Rima
Meta żewġ kelmiet (jew aktar) jaqblu fil-ħoss.
Rima Alternata
Skema fejn l-aħħar kelma tal-ewwel vers taqbel ma’ tat-tielet vers u l-aħħar kelma tat-tieni vers taqbel ma’ tar-raba’ vers (A−B−A−B).
Rima Magħluqa
Skema fejn l-ewwel vers irrima mar-raba’ u t-tieni vers irrima mat-tielet (A−B−B−A).
Rima Mbewsa
Meta l-aħħar kelma tal-ewwel vers tirrima mal-aħħar kelma tat-tieni vers (A−A).
Rima Mqabbża
F'terzina l-ewwel jaqbel mat-tielet (A−B−A); f'kwartina t-tieni vers jaqbel mar-raba’ vers (A−B−C˙−B).
Rima Ħielsa
Meta fil-poeżija ma jkunx hemm rima (kliem li jaqbel) jew ma jkunx hemm skema ta’ rima.
Apostrofi
Meta fil-poeżija l-poeta jindirizza lil xi ħadd.
Iperbole
Meta l-poeta jesaġera apposta biex jenfasizza xi ħaġa partikolari.
Limerikk
Poeżija f’forma ta’ taqbila qasira (ċajta) li jkollha biss 5 versi.
Poeżija Tradizzjonali
Poeżija b'ordni fil-metrika, b'istrofi ndaqs, versi bl-istess numru ta’ sillabi u rima regolari.
Poeżija Moderna
Poeżija mingħajr ordni fil-metrika fejn l-istrofi u l-versi mhumiex pariġġ u r-rima tvarja.
Poeżija f’forma ta’ Ħrafa
Storja ta' fantasija b’affarijiet li ma jistgħux jiġru, miktuba biex tagħti pjaċir u tgħallem.
Poeżija f’forma ta’ Leġġenda
Storja qasira li parti minnha tkun fatt u l-parti l-oħra tkun imżejna bil-fantasija.
Poeżija Awtobijografika
Meta l-poeta jirreferi għal esperjenzi personali li għadda jew qiegħed jgħaddi minnhom f’ħajtu.
Poeżija Deskrittiva
Poeżija fejn jintużaw ħafna nomi, verbi u aġġettivi biex tingħata deskrizzjoni.
Poeżija Narrattiva
Meta l-poeta jirrakkonta storja permezz tal-poeżija.
Poeżija Nostalġika
Meta l-poeta jiftakar u jikteb fuq il-memorji sbieħ tal-passat.
Poeżija Patrijottika
Poeżija li turi l-imħabba u r-rispett tal-poeta lejn pajjiżu.
Poeżija Riflessiva
Meta l-poeta jirrifletti jew jaħseb fuq ċerti fatti.
Sunett Petrarkan
Poeżija ta’ 14-il vers magħmula minn żewġ kwartini u żewġ terzini.
Sunett Shakespearjan
Poeżija ta’ 14-il vers magħmula minn tliet kwartini u distiku fl-aħħar.
Volta
Bidla fil-binja jew fil-ħsieb tal-poeżija, normalment f’nofs sunett.
Alliterazzjoni
Ir-repetizzjoni tal-istess ittra (konsonanti jew vokali) fl-istess vers.
Anafora
Ir-repetizzjoni tal-istess kelma fil-bidu ta’ għadd ta’ versi wara xulxin.
Enjambment
Meta vers ikompli fil-vers ta’ wara mingħajr ebda waqfa ta’ punteġġjatura.
Il-Kuntrast
Tqabbil bejn affarijiet jew nies biex joħorġu d-differenzi ta’ bejniethom.
Mistoqsija Rettorika
Mistoqsija li ssir mingħajr l-aspettattiva ta’ tweġiba.
Metafora
L-użu ta’ kliem b’tifsira simbolika minflok letterali.
Onomatopea
Kliem li jikkopja l-ħoss li jrid ifisser, bħal ‘ħażżeż’ jew ‘żaqżaq’.
Personifikazzjoni
L-għoti ta’ kwalitajiet umani lil oġġetti jew affarijiet li mhumiex nies.
Repetizzjoni
Meta l-poeta jikteb kelma u jerġa’ jiktibha eżatt warajha biex jenfasizza.
Ritornell
Ir-repetizzjoni ta’ strofa sħiħa biex jiġi enfasizzat il-messaġġ.
Similitudni
Tqabbil bejn żewġ affarijiet bl-użu ta’ kliem bħal: qisu, bħal, daqs, jew donnu.